Mijiet ta’ Maltin u anke’ turisti attendew bi ħġarhom it-tieni jum tal-Airshow Internazzjonali ta’ Malta – avveniment li issa sar parti integrali fil-kalendarju annwali tal-Maltin.
Il-programm tal-Ħadd ra l-attendenza ta’ mijiet, bit-traffiku li ħonoq it-toroq kollha tal-inħawi ta’ Ħal Luqa u lokalitajiet ġirien, b’mijiet li ma ddejqux jistennew ħin twil fit-traffiku sakemm bil-mod il-mod waslu l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, fejn saru l-wirjiet tant mistennija fl-ispazju tal-ajru tal-Ajruport.
Il-wirjiet b’ajruplani jtiru il-Hadd bdew fin-nofs siegħa u komplew sas-sitta, b’ajruplani mill-Qawwa tal-Ajru Taljana, Svizzera, Spanjola, Ċeka, u Ingilża – fosthom bil-grupp tant mistennija Red Arrows – wirja li anke’ inkludiet ajruplan tal-Air Malta li tar maġenbhom.
Apparti wirjiet fl-ajru tal-ajruplani, spikkat il-wirja wkoll tal-ajruplani fuq l-art li offrew l-opportunita’ lil kull min żar l-Airhosw biex josservawhom mill-qrib.
//= $special ?>