It-Telespettaturi ta’ NET TV u s-semmiegħa ta’ Radio 101 se jibdew isegwu l-iskeda l-gdida minn għaada li tinkludi taħlita ta’ programmi ġodda u oħrajn li kienu jsiru fi skedi passati bil-għan li joffru programmi ta’ interess għall-familja kollha.
Filgħodu NET TV jibda bl-aħbarijiet mis-7am sa 9am. Wara jsegwi il-programm Eli and I bi preżentazzjoni ta’ Elaine u Ian li jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa mid-9.30am u nofsinhar. Wara nofsinhar, wara aġġornament ta’ NET News fis-2am, l-iskeda tkompli bil-programm ġdid Xift bi preżentazzjoni ta’ Jean Claude Micallef li jinkludi informazzjoni edukattiva imma anke links minn lokalitajiet differenti madwar Malta. Anke dan il-programm jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Wara ssegwi waħda mis-sessjonijiet ta’ Telebejgh imbagħad aġġornament ieħor ta’ NET News fl-4pm. Imbgħad mit-Tnejn sal-Ħamis, jixxandar il-programm Big Time li huwa programm għal żgħażagħ addoloxenti bi preżentazzjoni ta’ Maxine u Francesca. Fl-istess ħin nhar ta’ Ġimgħa jixxandar il-programm Jekk Jogħġobkom li se jiffoka fuq l-ikel u it-tisjir bi preżentazzjoni ta’ Gloria Mizzi u Liz Said.
Fil-4.45pm jibda l-programm Malta Llejla ppreżentat minn Stephanie Spiteri, b’waqfa qasira għall-aġġornament tal-aħbarijiet fis-6pm u fis-6.30pm jixxandar il-programm Klinika bi preżentazzjoni ta’ Marica Mizzi. Wara fis-7pm jibda’ Newsfeed imtella’ mill-kamra tal-aħbarijiet bi preżentazzjoni ta’ Louise Tedesco, Norman Vella u ġurnalisti ta’ media.link communications, liema programm jinkludi bulletin tal-aħbarijiet fis-7.30pm.
Filgħaxija jixxandru programmi differenti. Nhar ta’ Tnejn filgħaxija jkun hemm il-programm Maltese Survivor li jiffoka fuq l-avventuri ta’ Graham Sansone u wara l-programm Wheelspin. It-Tlieta filgħaxija jkun hemm il-programm Meander bi preżentazzjoni ta’ Mariella Pisani Bencini imbgħad il-programm The Client ppreżentat minn Claudia Calleja.
Nhar ta’ Erbgha fid-8.40pm il-programm ta’ diskussjoni politika u ġrajjiet kurrenti Iswed fuq l-Abjad bi preżentazzjoni ta’ Frank Psaila. Imbgħad isegwu il-programmi Distinti u StyleWatch. Nhar ta’ Ħamis filgħaxja jkun hemm il-programmi Mitqlu Deheb, Indibate li se jiddiskuti avvenimenti storiċi u politici li seħħew permezz tal-Indipendenza u Business Chat li jinkludi intervisti ma’ imprendituri Maltin. Il-ġimgha filgħaxija jixxandar il-programm Flusek u wara il-programm bi spirtu umoritsiku La Giet Hekk bis-sehem tal-attur Malcolm Galea.
Fi tmiem il-ġimgha tkompli il-varjetà ta’ programmi fuq NET TV. Is-Sibt wara nofsinhar jixxandar Sagħtejn Flimkien bi preżentazzjoni ta’ Hermann Bonaci u Frida Cauchi u l-programm Rafiki ppreżentat minn Evelyn Vella Brincat, segwijt mill-programmi Elle TV, The Weds u Votum.
Il-Ħadd filgħodu jkun hemm il-programmi Għal Kulħadd u Se Nizzewġu ppreżentat minn Mark Spiteri u Debbie Scerri u wara nofsinhar il-programm L-Istandard bi prezentazzjoni ta’ Marbeck Spiteri kif ukoll il-programmi Health Hunt, Sajjarli u What’s For Dinner?, b’dan tal-aħħar ppreżentat minn Manuel. Il-Ħadd wara nofsinhar jixxandar ukoll il-programm Sport Extra u filgħaxija il-programm Replay. Il-Ħadd filgħaxija it-telespattuturi jistgħu isegwu wkoll id-drama Becky The Return.
Anke fuq Radio 101 mit-Tnejn is-semmiegħa jistgħu jsegwu fost oħrajn, il-101 Breakfast Show ppreżentat minn George Galea li jinkludi wkoll aġġornamenti spissi tal-aħbarijiet u ġrajjiet kurrenti. Wara jsegwu il-programmi Magazine 101 ppreżentat minn Marbeck Spiteri u Monica Attard, The Big Show ppreżentant minn Martin Sapiano u Hitsteria ppreżentat minn Charles Saliba