Għas-sitt sena konsekuttiva fi tmiem din il-ġimgha itellgħet edizzjoni oħra ta’ Rockestra bl-ewwel serata ssir is-Sibt u tieni waħda l-Ħadd.
Għal dan is-spettaklu li ttella fiċ-ċentru għall-fieri u l-konvenzjonijiet l-MFCC, ħadu sehem kantanti stabbiliti kif ukol oħrajn ġodda fix-xena mużikali li kantaw numru ta’ cover versions. Ma naqsitx ukoll il-parteċipazzjoni tal-Orkestra Filarmonika ta’Malta.
Dan il-kunċert sar taħt il-patronċinju tal-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca u l-fondi miġbura se jmorru għall-Community Chest fund.
It-tema għal din is-sena kienet ‘Don’t Stop Believing’ b’messaġġ ibbażżat fuq żewġ aspetti – dak li wieħed jagħti appoġġ lil dawk li huma għadejjin minn xi marda serja, u fl-istess waqt sabiex jagħti kurraġġ lill-artisti ġodda hekk kif din is-sena l-organizzaturi ffukaw fuq it-talent ta’ uċuh ġodda. Infatti għamlu awdizzjonijiet li għalihom kellhom rispons b’saħħtu.
//= $special ?>