Lokali

Tiġi fi tmiema “Sfida 51” bis-somma ta’ €44,250

Sfida 51 – maratona fuq NET Television li matulha, grupp ta’ personalitajiet ingħalqu fid-Dar taċ-Ċentrali tal-Partit Nazzjonlista għal wieħed u ħamsin siegħa – bil-għan li jinġabru fondi biex jinxtara apparat ġdid għax-xandir tal-Partit Nazzjonalista. Is-somma li nġabret kienet ta’ €44,250.

Il-personalitajiet li ħadu sehem huma Louise Tedesco, Graham Sansone, Clarissa Ellul, David Take, Charmaine Parnis, Jean Claude Micallef, Matthew Mamo u Chris Micallef: li huma maqsumin f’żewġ timijiet: tim Alfa u tim Omega.

Il-Ħadd komplew l-isfidi kif ukoll logħob li kellhom jieħdu sehem fihom il-perosnalitajiet, fost mumenti ta’ ċajt bejn il-personalitajiet li żgur zamm diversi telespettaturi jsegwu kif dawn it-tmien personalitajiet qattgħu dawn il-jumejn jgħixu flimkien.

Apparti l-personalitajiet residenti, l-istudios ta’ NET Television laqgħu minn ħin għal ħin personalitajiet ohra, fosthom is-Segretarju Generali tal-Partit Nazzjonalista Chris Said u l-Vici-Kapijiet tal-Partit Beppe Fenech Adami u Mario De Marco – kif ukoll preżentaturi mill-iskeda l-ġdida ta’ NET Television u Radio 101 li jibdew jixxandru mit-Tnejn.