Lokali

Żminijietna: “L-Agro-Turiżmu imissha tat aktar importanza lis-sostenibilità.”

“Żminijietna – Leħen ix-Xellug” qalet li l-politika ta’ Malta dwar l-Agro-Turiżmu imissha tat aktar importanza lis-sostenibilità.

Fi stqarrija l-għaqda qalet li l-iżvilupp sostenibbli jirrikjedi politika ħolistika li tħares fit-tul. F’dan ir-rigward, minflok li jagħti aktar libertà għall-iżvilupp f’żoni ODZ, kien ikun aħjar jekk il-politika approvata tat aktar attenzjoni fuq ir-rijabilitazzjoni ta’ bini u żoni eżistenti.

Żminijietna qalet li dan tista’ tagħmlu billi tagħti prijorità lill-proġetti sostenibbli bħal dawk li jiffukaw fuq ‘permaculture’, metodi organiċi, l-enerġija rinnovabbli, użu effiċjenti tal-enerġija, u inizjattivi simili.