Il-Gvern ta’ Joseph Muscat tipikament ħeba l-faċċata vera tal-verità dwar l-impjiegi, li hi li fl-ewwel tlettax-il xahar tal-Gvern Laburista, il-Gvern impjega miegħu għaxra min-nies kuljum.
Hekk tenna l-Partit Nazzjonalista fi stqarrija fejn qal li dan jirriżulta minn ċifri uffiċjali li wrew ukoll li l-Ministru tal-Finanzi gideb fuq l-istatistika.
Edward Scicluna gideb meta qal li ż-żieda fl-impjiegi mal-Gvern kienet xi riżultat ta’ xi riklassifikazzjoni. Il-Ministru Scicluna jaf jaqra l-istatistika qal il-Partit Nazzjonalista, u għalhekk, dak li qal mhux żball imma gidba. Li l-Ministru tal-Finanzi jigdeb fuq l-istatistika jitfa’ dubju fuq kwalunkwe kumment jew dikjarazzjoni li jagħmel dan il-Gvern fuq l-ekonomija.
Il-Ministru tal-Finanzi u l-istqarrija tal-Gvern qed jippruvaw imeru s-sewwa magħruf, li hi li l-Gvern Laburista fl-ewwel tlettax-il xahar tiegħu, u li għalihom għandna l-istatistika ppubblikata, daħħal miegħu 3,700 persuna, jiġifieri għaxra min-nies kuljum, temm jgħid il-Partit Nazzjonalista.
“Fl-ewwel tlettax-il xahar, il-Gvern Laburista impjega miegħu għaxar min-nies kuljum”
