Ġejt sospiż għaliex il-kowċ li kont qed insuq ġratilha l-ħsara, minkejja li malli nqala’ l-isteering tfajt mill-ewwel mal-ġenb biex ma nipperikolax il-ħajja tal-passiġġieri li kelli abbord.
Dan qalu Richard, xufier li ġie sospiż mit-trasport pubbliku f’intervista esklussiva mal-programm Newsfeed fuq Net Television.
Spjega kif hu, qabel il-vjaġġ, għamel dak kollu li seta’ biex jiżgura li l-kowċ kienet tajba għas-sewqan.
Hu spjega wkoll kif il-filmat iqarraq għaliex hu kien wieqaf.
Hu rrakkonta li fil-ħin li fih jidher jgħolli l-isteering, hu kien diġa’ ilu għaxar minuti wieqaf bil-kowċ mitfi biex il-passiġġieri ma jkunux fis-sħana tal-magna.
Il-ħsarat tal-kowċ issewwew fuq il-post u x-xufier tħalla jkompli bil-vjaġġ tiegħu. Madanakollu, 3 xhur wara, meta deher il-filmat ghall-ewwel darba, hu qal li ġie skwalifikat għal għomru milli jsuq mat-trasport pubbliku.
Dwar dan il-każ tkellimna wkoll mal-Ministru responsabbli mit-trasport Joe Mizzi.
Staqsejnieh jekk qattx tkellem max-xufier li tkeċċa tliet xhur wara li ġara dan il-każ, hekk kif il-filmat ħareġ fuq l-internet.
B’hekk minkejja li l-Ministru Mizzi hu responsabbli mit-trasport pubbliku, li minnu skont ix-xufier stess jinsab sospiż għal għomru, il-Ministru qalilna li ma jidħolx f’dawn l-affarijiet.
//= $special ?>