Qed ikomplu l-impenji tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt iż-żjara fl-Istati Uniti. Ilbieraħ filgħodu, hu żar il-Mużew tal-Migrazzjoni fil-gżira Ellis.
Illum, Simon Busuttil mistenni jkollu ġurnata oħra impenjattiva, b’numru ta’ laqgħat ma’ Uffiċjali Amerikani fil-qasam ekonomiku u finanzjarju. Hu mistenni jżur ukoll iċ-ċentru tal-komunità LGBT fi New York u l-Missjoni Amerikana fin-Nazzjonijiet Uniti.
Fuq l-aġenda ta’ din l-aħħar laqgħa, mistenni jkun hemm fost l-oħrajn l-interessi strategiċi tal-Istati Uniti fil-Mediterran, is-sitwazzjoni fl-Afrika ta’ Fuq u kif Malta tista’ tgħin fi sforzi ta’ koperazzjoni internazzjonali fir-reġjun.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni mistenni lura Malta l-Erbgħa li ġej.
//= $special ?>