Lokali

Il-President ta’ Malta f’laqgħa mal-Papa Franġisku fil-Vatikan

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca dalgħodu kellha laqgħa mal-Papa Franġisku fil-Vatikan. Matul il-laqgħa, iż-żewġ mexxejja tkellmu dwar l-importanza li ż-żewġ naħat iżommu relazzjoni tajba bejniethom. Huma tkellmu wkoll dwar interessi komuni, b’mod partikolari fil-valuri Nsara li għandhom ikomplu jsaħħu s-soċjetà Maltija u t-tisħiħ tal-familja, kif ukoll l-immigrazzjoni rregolari.

Fis-snin l-imgħoddija, il-predeċessuri ta’ Coleiro Preca żammew it-tradizzjoni li l-laqgħa mal-Kap tal-Knisja Kattolika tkun l-ewwel impenn uffiċjali barra minn pajjiżna. Madankollu, dan ma kienx il-każ għal Marie Louise Coleiro Preca, li anke ma setgħetx tattendi għall-Kanonizzazzjoni tal-Papiet Ġwanni XXIII u Ġwanni Pawlu II minħabba impenji oħrajn.