Il-President Amerikana Barack Obama ammetta li s-Servizzi tas-Sigurtà Amerikani ma rrealizzawx kemm kienet kbira t-theddida tal-militanti Iżlamiċi. Dan hekk kif komplew l-attakki mill-ajru minn diversi pajjiżi kontra l-ISIS fl-Iraq u s-Sirja.
Id-dikjarazzjoni tal-President Obama waslet hekk kif aktar rapporti fl-Iraq qed jgħidu li l-militanti Iżlamiċi issa kienu biss ftit kilometri bogħod minn Bagdad. Obama insista li l-attakki mill-ajru kienu parti mis-soluzzjoni u kien hemm bżonn soluzzjoni politika wkoll għat-theddida tal-ISIS.
//= $special ?>