Lokali

Jingħata bidu għall-MOVE Week

Illum ingħata bidu għall-MOVE Week, li hi kampanja internazzjonali tal-Unjoni Ewropea bl-għan li tinċentiva l-attività fiżika. MOVE Week tikkonsisti f’ġimgħa ta’ attivitajiet fiżiċi madwar Malta u Għawdex sal-Ħadd 5 ta’ Ottubru.

Fl-ewwel ġurnata ta’ MOVE Week, fil-Belt Valletta kien hemm studenti tal-Kulleġġ St Albert the Great tal-Belt, li qattgħu l-għodwa tagħhom jiġru u jilgħabu.

Il-miri prinċipali tal-UE huma li sal-2020, madwar 100 miljun persuna aktar madwar l-Ewropa jkunu qed jagħmlu xi forma ta’ eżerċizzju jew attività fiżika biex tiġi miġġielda l-problema tal-obeżità u l-inattività.