Il-Ministru responsabbli mit-Trasport Joe Mizzi baqa’ ma ta l-ebda garanzija lill-pubbliku li l-prezz tal-biljetti tat-trasport pubbliku mhux se jiżdied. Mistoqsi mill-ġurnalisti wara konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Mizzi ma setax lanqas jgħid l-ammont ta’ sussidju li se tkun qed tingħata lill-kumpanija Spanjola Autobuses de Leon li se tkun qed tmexxi t-trasport pubbliku f’pajjiżna.
Joe Mizzi qal biss li s-sussidju li se jagħti l-Gvern lill-kumpanija Spanjola se jkun anqas minn dak li kienet tingħata l-Arriva. Dwar il-kumpanija Spanjola, Mizzi ħabbar biss li matul il-ġimgħat li ġejjin, se jkomplu d-diskussjonijiet mal-kumpanija Spanjola, filwaqt li kompla li jinsab sodisfatt bil-mod kif għaddejjin it-taħdidiet.
//= $special ?>