Somalu ta’ 26 sena, li jgħix fiċ-ċentru ta’ Ħal-Far, ammetta li kien qed isuq karozza b’liċenzja tas-sewqan falza u dn nhar is-Sibt li għadda għall-ħabta tat-3.00 p.m. f’Raħal Ġdid. Huwa ammetta li għamel użu minn dokument falz u li ffalsifika l-istess dokument.
Ahmed Mohamud Ahmed ammetta li saq bla liċenzja tas-sewqan u dan wara lik twaqaf mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit. Huwa ammetta li kien qed isuq il-karozza fi triqw il-Ġdida. Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Aaron Bugeja qalet li ma kienitx se tgħaddi biex tagħti s-sentenza b’mod immedjat iżda l-ewwel kienet se titlob l-ewwel lid-Direttur tas-Servizzi tal-Probation u Paroll biex isir rapport biex wieħed jara jekk jistax iqabbad lil Ahmed jagħmilx servizz fil-Kommunita’.
Sakemm isir ir-rapport u tingħata s-sentenza l-ħati ingħata l-liberta’ proviżorja fuq garanzija personali ta’ €8,000 u li jkun id-dar fid-8.30 a.m. u ma joħroġx qabel is-7.00 a.m. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Hubert Cini filwaqt li għas-Somalu deher l-Avukat tal-Għajnuna Legali Joeseph Ellis.