Unjoni Ewropea

Tħassib fuq l-istorja politika ta’ Karmenu Vella – il-European Voice

Is-sit ‘European Voice’ qed jgħid li l-istorja politika ta’ Karmenu Vella se jkun wieħed mis-suġġetti li dwarhom mistenni jitqajjem tħassib waqt is-smigħ ta’ Karmenu Vella biex ikun konfermat Kummissarju Ewropew.

Il-European Voice qed tgħid ukoll li tħassib ieħor li se jitqajjem waqt is-smigħ se jkun marbut ma’ nuqqas ta’ konvinzjoni li hemm għall-fatt li Karmenu Vella se jingħata l-portafoll tal-Ambjent u s-Sajd.

Is-smigħ ta’ Karmenu Vella se jixxandar ‘LIVE’ fuq MaltaRightNow.com