Kien hemm żieda ta’ kważi 100 persuna fin-numru ta’ persuni li ilhom jirreġistraw għal aktar minn sena. Dan ħareġ minn statistika ppubblikata mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC), li qabblet Awwissu 2014 ma’ Awwissu 2013.
L-istastika turi wkoll li f’Awwissu 2014 kien hemm tnaqqis fin-numru ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol meta mqabbel ma’ Awwissu 2013. It-tnaqqis, ta’ 732 fost il-persuni jirreġistraw f’Part 1 u 27 f’Part 2, kien fl-etajiet kollha.
Irriżulta wkoll li hemm aktar minn 460 persuna b’diżabbiltà li qed jirreġistraw għax-xogħol, għalkemm dan in-numru ra tnaqqis minn sena ilu. Ir-rata ta’ qgħad f’April baqgħet fil-livell ta’ 4.3% tas-suq tax-xogħol.
//= $special ?>