Il-mara tal-ostaġġ Ingliz, li jinsab miżmum mill-militanti, reġgħet għamlet appell ġdid għall-ħelsien tiegħu u qalet li hemm “kundanna kbira madwar id-dinja” dwar il-priġunerija tiegħu.
Barbara Henning appellat direttament lill-mexxejja tal-Istat Iżlamiku għall-ħelsien ta’ żewġha Alan, li nħataf fis-Sirja f’Diċembru.
Kmieni dan ix-xahar, l-Istat Iżlamiku hedded li joqtol lil Alan Henning f’filmat li wera l-qtil tal-ostaġġ Ingliż, David Haines.
Barbara Henning saħqet li żewġha “hu innoċenti”. Waqt li qrajt stqarrija, Barbara Henning – li qabel kienet bagħtet messaġġi pubbliċi lill-Istat Iżlamiku – bdiet l-aħħar messaġġ tagħha hekk: “Għandi messaġġ ieħor għall-Istat Iżlamiku. Ma abbandunajnhiex lil Alan u nibqgħu bl-attentati tagħna biex nikkomunikaw miegħek. Għadni ma kelli ebda kuntatt mill-Istat Iżlamiku li qed iżomm lil Alan bħala priġunier, għajr il-vuċi tiegħu rrekordjata jitlob għall-ħelsien tiegħu.”
Barbara Henning qalet li l-Musulmani madwar id-dinja jibqgħu jistaqsu lill-Istat Iżlamiku dwar id-destin ta’ żewġha, Alan.
//= $special ?>

