Qorti

Disa’ nisa jitressqu l-Qorti fuq prostituzzjoni

Disa’ nisa tressqu l-Qorti t-Tlieta wara nofs inhar mixlijin bi tlajjar għal skop ta’ prostituzzjoni b’waħda minnhom tiġi kkundannata xahrejn ħabs minħabba li kienet reċediva minhabba li diġa kienet instabet ħatja ta’ 47 reat, kollha marbuta ma’ każijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ prostituzzjoni.

Huma tressqu l-Qorti mill-Ispetturi Joseph Busuttil u Sylvana Briffa wara rejd li sar mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzji nhar il-Ħadd filgħaxija fil-Gżira u l-Marsa bejn it-8.30 p.m. u nofs il-lejl. Minbarra tlajjar, in-nisa ġew mixlijin li ma obdewx l-ordnijiet leġittimi tal-Pulizija.

L-Avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Renzo Porsella Flores dehru għall-akkużati.