Is-servizz tat-trasport pubbliku mill-kumpanija Spanjola Autobuses de Leon mistenni jibda f’Jannar li ġej. Dan stqarru l-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi fuq programm fuq l-istazzjon tal-istat, minkejja li ftit sigħat qabel Mizzi nnifsu qal lill-ġurnalisti li ma jafx eżatt meta se jibda s-servizz mill-kumpanija Spanjola.
Mal-ġurnalisti hu sostna biss li jinsab sodisfatt bil-mod kif għaddejjin it-taħdidiet. Fl-ewwel opportunità wara d-dikjarazzjoni li għamel fuq ix-xandir tal-istat, MaltaRightNow.com staqsa lil Joe Mizzi x’inhi l-verità dwar jekk it-taħdidiet għadhomx għaddejjin jew inkella s-servizz hux se jibda f’Jannar. Din kienet it-tweġiba tal-Ministru Mizzi.
Sadanittant, b’rabta mas-servizz tat-trasport pubbliku, fl-aħħar ġimgħat saru diversi lmenti dwar id-dewmin tas-servizz, kif ukoll kienu rrappurtati diversi inċidenti b’rabta ma’ sewqan irresponsabbli minn uħud mix-xufiera.
//= $special ?>