Kunsilli Lokali Lokali

Filmat: Jagħlaq il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, il-Gvern jibqa’ ma jikkommettix ruħu

Is-Sibt li għadda għalaq il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar it-tneħħija tal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u s’issa il-Gvern ma ta l-ebda reazzjoni dwar x’se jiġri. Għaldaqstant, Radio 101 ħa l-kummenti tal-Ministru Owen Bonnici, li qal li bosta ħadu sehem fil-fażi ta’ konsultazzjoni, fosthom anke l-Oppożizzjoni.

Madankollu, fil-kumment tiegħu Owen Bonnici ma kkomettiex ruħu dwar meta l-Gvern se jħabbar li se jsiru l-Kunsilli Lokali. Sorsi li tkellmu ma’ MaltaRightNow.com qalu li fil-laqgħat li saru, kienu diveri l-Kunsilliera, Sindki u Viċi Sindki li kkritikaw lill-Gvern talli qed iħallihom fl-għama dwar din il-kwistjoni.