Il-mexxej ta’ Hong Kong CY Leung appella lid-dimostranti li qed jiġġieldu favur id-demokrazija biex iwaqqfu immedjatament il-kampanja tagħhom minħabba li dawn il-protesti qed iwasslu biex il-pajjiż jinsab wieqaf għal kollox. Dan hekk kif għexieren ta’ eluf qed jimblukkaw it-toroq prinċipali f’żoni differenti.
Id-dimostranti qed isostnu li Beijing għandu jmur għal elezzjoni ħielsa biex il-pajjiż ikun jista’ jeleġġi l-mexxejja tiegħu, iżda l-Gvern mhux qed jaqbel ma’ din il-proposta. Il-protesti u l-appelli tal-mexxejja lokali qed isiru lejliet li Hong Kong se jkun qed jiċċelebra il-Jum Nazzjonali taċ-Ċina, għada l-1 ta’ Ottubru.
//= $special ?>