Il-prezz ta’ ċilindru tal-gass ta’ 12-il kilo żdied minn €17.10 għal €18. Stqarrija mill-Ministeru tal-Enerġija u s-Saħħa qalet li dan il-prezz se jibqa’ fiss sa tmiem din is-sena u li l-prezz se jkun €1.95 irħas mill-medja tal-2012 u 30ċ irħas mill-prezz medju tal-2013.
Iżda meta wieħed iħares lejn l-istatistika jinduna li l-aħħar prezz fiss ta’ ċilindru tat-12-il kilo kien ftit iktar minn €17, jiġifieri l-prezz li tħabbar illum ifisser żieda ta’ 90ċ fuq il-prezz li kien tħabbar f’April li għadda.
Dan imur kontra l-istess stqarrija tal-Ministeru li tgħid li l-Gvern qed jaħdem biex bi prezzijiet stabbli iroħħos l-ispejjeż biex jixpruna n-negozji u jgħin lil familji.
//= $special ?>