Fil-bidu ta’ Ottubru mistennija jsiru numru ta’ interviews biex jinħatar Foreman għat-Taqsima tar-Restawr f’Għawdex. Minkejja li għal din il-kariga kienet inħarġet sejħa għal dawk interessati, kollox jindika li l-persuna li se tkun qed tingħata l-kariga ilha sew li kienet identifikata. Dan ifisser li l-eżerċizzju tal-intervisti ma’ dawk interessati se jsir kif ippjanat, iżda l-intervisti se jkunu qed isiru biss biex ma jkunux qed jinkisru r-regolamenti taċ-Ċivil.
L-istess mistenni jsir fil-ħatra ta’ Foreman tat-Taqsima tat-Toroq f’Għawdex. Kollox jindika li l-Ministeru ilu ftit mhux ħażin li għażel żewġ persuni għal dan ir-rwol, tant li ftit tal-jiem ilu wieħed mill-persuni saħansistra ftaħar dwar dan quddiem kulħadd fl-uffiċċju fejn jaħdem. Fiż-żewġ każijiet, minkejja li se jkunu qed isiru l-intervisti skont ir-regolamenti taċ-Ċivil, il-promozzjonijiet se jingħataw lil persuni qrib il-Ministeru.
Radio 101 jinsab infurmat ukoll li matul ix-xhur li għaddew komplew isiru numru ta’ transfers biex kienu akkomodati persuni għad-dannu ta’ oħrajn li twarrbu mingħajr spjegazzjoni ta’ xejn.
//= $special ?>