Il-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista jesprimi solidarjeta’ maz-żgħażagħ ta’ Hong Kong, li minkejja l-gass tad-dmugħ u s-swat mill-pulizija qed jipprotestaw kontra d-deċiżjoni tal-Gvern Ċiniz li jkun hu li jiddeċiedi min jista’ jikkontesta l-elezzjoni għat-tmexxija tar-reġjun minkejja l-wegħdi ta’ awtonomija u ta’ demokrazija. Dawn iż-żgħażagħ qegħdin jiġġieldu għad-demokrazija b’kuraġġ, u qed jaraw li jkunu huma li jwasslu għal bidla għall-aħjar.
L-MŻPN jesprimi l-appoġġ tiegħu lejn dawn iż-żgħażagħ, u jappella biex il-Gvern u l-Oppożizzjoni jieħdu pożizzjoni komuni u jikkundannaw b’mod ċar l-istil anti-demokratiku u vjolenti li bih qed jimxi l-Gvern Ċiniż li qed tfakkar lil ħafna fil-mod kif gew trattati iż-żgħażagħ fil-massakru ta’ Tiananmen tal-1989.
//= $special ?>