Is-Soċjeta’ Filarmonika Nazzjonali La Valette qed tiċċelebra l-140 anniversarju tagħha.
Biex tfakkar dan l-anniversarju s-soċjeta’ se torganizza numru ta’ attivitajiet bejn it-2 ta’ Ottubru u s-16 ta’ Novembru.
L-attivitajiet jiftħu fit-2 ta’ Ottubru b’wirja artistika ta’ Paul Aquilina u ta’ standardi tal-baned ta’ Malta u Għawdex li se tkun miftuħa wkoll matul in-Notte Bianca.
Jum il-Fondazzjoni, id-19 ta’ Ottubru, se jitfakkar b’quddiesa mill-Arċisqof Pawlu Cremona fil-Kolleġġjata tan-Nawfraġju ta’ San Pawl.
Iċ-ċelebrazzjonijiet jagħlqu fis-16 ta’ Novembru b’quddiesa ta’ ringrazzjament mill-Arċisqof Emeritus Mons. Ġużeppi Mercieca.
//= $special ?>