Rappreżentanti mir-Renju Unit u minn Malta jinsabu fil-belt ta’ Għadames fil-punent tal-Libja fejn attendew taħditiet, appoġġjati min-Nazzjonijiet Uniti, dwar il-proċess leġislattiv fil-pajjiż tal-Afrika ta’ Fuq li għadu mifni bil-vjolenza u l-instabbilta’.
Rappreżentanti minn fazzjonijiet rivali fil-parlament il-ġdid tal-Libja rnexxielhom jiddiskutu għall-ewwel darba. Membri mill-Kamra tar-Rappreżentanti iltaqgħu ma’ deputati oħrajn li s’issa bbojkottjaw is-sessjonijiet parlamentari. Madankollu membri ta’ milizzji li jikkontrollaw Tripli u bliet prinċipali oħrajn, ma kinux preżenti.
It-taħditiet ġew fis-seħħ mill-mibgħut speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti għal-Libja, Bernardino Leon, li ddeskriva t-taħditiet bħala “kostruttivi u pożittivi ħafna”.
Bernardino Leon stqarr li mit-taħditiet intlaħaq ftehim biex jibda proċess politiku u biex ikunu indirizzati l-kwistjonijiet kollha b’mod paċifiku u b’rieda qawwija għal waqfien mill-ġlied.
Il-parlament kien elett f’Lulju iżda kien imxekkel b’żieda ta’ vjolenza politika madwar il-pajjiż.
//= $special ?>