L-għawwiem Amerikan Michael Phelps l-atleta Olimpiku li rebaħ l-aktar midalji, xejn anqas minn 18-il waħda tad-deheb, kien arrestat f’Maryland wara li nqabad isuq fis-sakra.
Intqal li Phelps kien qed isuq il-Land Rover abjad tiegħu b’84 mil fis-siegħa f’post fejn il-massimu hu ta’ 45 mil fis-siegħa u beda jaqbeż il-linji.
Huwa twaqqaf mill-pulizija u kien imġiegħel jagħmel testijiet biex ikun magħruf jekk kienx taħt l-effett tal-alkoħol imma fallihom kollha, fosthom dawk li jimxi f’linja dritta.
Fl-2004 Phelps ukoll kien arrestat u ngħata 18-il xahar probation. Huwa kkompeta l-aħħar fl-Olimpjadi tal-2012 u kien qed jerġa’ jipprepara biex jirritorna jieħu sehem f’Rio fl-2016.
//= $special ?>

