Sirjan ta’ 43 sena residenti fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal-Far ġie kundannat sena ħabs sospiżi għal sentejn wara li ammetta li nhar l-Erbgħa, 24 ta’ Settembru li għadda pprova jaħrab minn Malta permezz ta’ passaport falz. Huwa kien se jaħrab flimkien ma’ martu u tliet uliedu.
Nouri Mahmoud Said ammetta li wettaq tibdil f’dokumenti Franċiżi u li ffalsifikahom. L-Ispettur Darren Buhagiar, Uffiċjal Princċipali tal-Immigrazzjoni qal li fl-24 ta’ Settembru li għadda għall-ħabta tas-6 a.m. il-familja Said marru t-terminal biex jippruvaw imorru Pozzallo bil-Katamaran. Kif marru maċ-“check-in”, l-uffiċjali tal-Port bdew jitħassbu u l-familja kif indunat ħarbet minn fuq il-post. Huwa ma rritornawx fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal-Far iżda nqabdu mill-Pulizija u tressqu l-Qorti. L-iskop tagħhom kien li eventwalment jispiċċaw lejn in-naħa ta’ fuq lejn l-Italja.
L-Ispettuer Buhagiar qal li din qed issir ta’ spiss mis-Sirjani, li ma jkunux iridu jitolbu għal ażil f’Malta u ma tantx jikkoperaw mal-Pulizija għax l-għan tagħhom hu li jmorru fejn familjari tagħhom jew nies li jafu fl-Italja. L-Avukat Renzo Porsella Flores qal lill-Qorti li kulħadd jaf minn liema sitwazzjoni għaddejjin minnha s-Sirjani.
//= $special ?>

