Lokali

FILMAT: Jitkellem is-sid li sfratta serqa fl-istabbilment tiegħu stess

Il-ġurnalist ta’ Media.Link Communications tkellem mas-sid li sfratta serqa li kienet qed issir fl-istabbiliment tiegħu stess.

Aktar kmieni, MaltaRightNow.com irrapporta li żewġ membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, wieħed joqgħod il-Belt Valletta u l-ieħor ix-Xgħajra ta’ Ħaż-Żabbar, u li huma stazzjonati f’Malta, fil-lejl li għadda kienu arrestati mill-Pulizija tad-Dipartiment Investigazzjonijiet Kriminali ta’ Għawdex b’rabta ta’ attentat ta’ serqa kbira mill-istabbiliment Bubbles Bathrooms fir-Rabat Għawdex. Kien is-sid stess li kellu bżonn jirritorna fl-istabbiliment fejn sab l-irġiel jipprovaw jisgassaw ‘safe’.

Ara l-filmat sħiħ bil-kummenti ta’ sid l-istabbiliment. L-intervista, li saret mill-ġurnalist ta’ Media.Link Communications Joe Micallef, ixxandret esklussivament fuq il-programm Newsfeed fuq NET Television.

Agħfas hawn għal aktar dettalji dwar l-istorja kif ippubblikata aktar kmieni minn dan is-sit.