Is-sena akkademika llum bdiet ukoll għall-istudenti tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS). Madankollu, din is-sena akkademika l-ġdida fissret li uħud mill-istudenti tal-ITS mhux qed isibu biżżejjed siġġijiet fil-klassijiet tagħhom.
Dan qed ikun ta’ inkonvenjent għall-istudenti, li qed ikollhom imorru fil-klassijiet kmieni ħafna għax inkella ma jsibux fejn ipoġġu.
Ġenitur li tkellem ma’ MaltaRightNow.com spjega kif din is-sitwazzjoni qed tkun ta’ detriment għall-istudenti, speċjalment meta f’kull lezzjoni fil-kors tal-ewwel sena Diploma, bejn sitt u seba’ studenti mhux qed isibu post.
Il-ġenitur li tkellem magħna qabbel kif din is-sitwazzjoni tistona ma’ dak li l-Partit Laburista wiegħed qabel l-elezzjoni ġenerali. Tistona wkoll mal-mod kif il-Gvern jidher li għandu prijoritajiet ħżiena fil-mod kif juża’ l-finanzjamenti pubbliċi.
//= $special ?>

