Mil-lum, il-Gvern Malti beda jimponi multi fuq il-kuntratturi li qed jaħdmu fuq il-proġett tal-Parlament il-ġdid. Stqarrija tal-Gvern tgħid li l-Gvern kien insista mal-kuntratturi biex jagħtu bil-miktub id-data ta’ meta l-proġett se jkun lest. Il-kuntratturi kellhom jilħqu numru ta’ miri sal-aħħar ta’ Settembru bil-għan li l-Parlament jerġa’ jibda jiltaqa’ fil-bini l-ġdid wara l-btajjel tas-Sajf.
Dak li ħabbar il-Gvern illum dwar il-bini l-ġdid tal-Parlament jistona mad-dikjarazzjonijiet li għamel il-Gvern Laburista nnifsu meta kien enfasizza li x-xogħolijiet se jkunu lesti minn kollox sal-aħħar ta’ Settembru. Il-Gvern kien saħansitra qal li din l-amministrazzjoni ħadet il-miżuri meħtieġa sa mill-ewwel ġranet tagħha biex ikun assigurat li l-miri jintlaħqu sal-aħħar ta’ Settembru.
//= $special ?>