Futbol Sport

Kaljevic barra kontra Qormi

DIXXIPLINA: Għada, l-attakkant ta’ Mosta Bojan Kaljevic tilef il-logħba kontra Qormi. Dan wara li ġie sospiż logħba mill-Kummissarju tad-Dixxplina tal-MFA u b’hekk se jitlef il-konfront fil-Victor Tedesco Stadium. Kaljevic, awtur ta’ erba’ gowls fil-Kampjonat BOV Premier, hu wieħed minn tliet plejers tal-Premier li ġew sospiżi. Carlos Menendez Hevia ta’ Tarxien ġie sospiż tliet partiti filwaqt li Angus Buhagiar ta’ Naxxar ġie sospiż żewġ partiti.

Menendez Hevia se jitlef il-partita ta’ Għada kontra B’Kara kif ukoll il-logħbiet kontra Hibs u Qormi. Buhagiar se jitlef il-partita tal-Ġimgħa kontra Hibs u dik kontra Żebbuġ.

Intant, mill-Ewwel Diviżjoni Zachary Tanti ta’ Rabat u Jeremy Farrugia ta’ San Ġwann ġie sospiġ minn logħba fit-Tieni Diviżjoni. Mit-Tielet Diviżjoni Clint Caruana (Mdina) u Joel Felice (Ta’ Xbiex) ġew sospiżi żewġ partiti kull wieħed filwaqt li l-kit manager ta’ St Venera ġie sospiż sena.