FUTBOL: Il-manager ta’ Liverpool Brendan Rodgers qal li l-attakkant Ingliż Daniel Sturridge mhux qiegħed f’kundizzjoni tajba għal logħob. Ilum Sturridge kien imweġġa’ għal logħba kontra Basel imma jista’ jilħaq jirkupra għal logħba ta’ nhar is-Sibt li ġej kontra West Bromwich Albion. Madankollu Rodgers qal li jkun żball kbir jekk Sturridge jilgħab fiż-żewġ partiti li għandha l-Ingilterra ġimgħa oħra fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2016.
F’kummenti li ta Rodgers ikkritika l-mod kif bih l-istaff mediku tat-tim nazzjonali mexa ma’ Sturridge xahar ilu meta l-Ingilterra lagħbet l-ewwel logħba minn din il-fażi kontra l-Iżvizzera.
Minn dakinhar ‘l hawn Sturridge tilef ħames partiti ma’ Liverpool u Rodgers qed jibża’ li jekk dan jerġa’ josforza fil-jiem li ġejjin jerġa’ jweġġa’.
L-Ingilterra se tilgħab kontra San Marino fid-9 ta’ Ottubru filwaqt li tlett ijiem tilgħab kontra l-Estonja. Sturridge kien iddebutta mal-Ingilterra kważi tliet snin ilu u minn dakinhar ‘l hawn lagħab 16-il partita u skurja ħames darbiet.
//= $special ?>

