Ambjent Lokali

Il-Gvern mhux qed jagħti każ is-saħħa ambjentali – FAA

Fi stqarrija, Flimkien għal Amjent Aħjar, qalet li tinsab mħassba sew bil-fatt li l-proposti ta’ qabel il-baġit imnedija l-Erbgħa ma jgħidu xejn konkret dwar l-ambjent. Għaldaqstant wieħed jista’ jikkonkludi li dan il-gvern mhux qiegħed jagħti kas tas-saħħa ambjentali ta’ pajjiżna

Minbarra l-implikazzjonijiet dwar in-natura u l-bijodiversità, Flimkien għal Ambjent Aħjar issostni li studji riċenti juru li 14% tal-problemi ta’ saħħa f’Malta huma direttament attribwiti ma kwistjonijiet ambjentali.

Dan ħareġ ukoll minn studji mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, mill-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u istituzzjonijiet ewlenin oħrajn. Dawn kollha juru l-effetti negattivi fuq it-tfal ġejjin mit-tniġġiż fl-arja u fl-ambjent naturali tagħna.

Studji oħrajn li saru mill-awtoritajiet Ewropej u Amerikani stabilixxew ir-rabta bejn l-aċċess għal żoni naturali u l-kampanja, u t-titjib fis-saħħa mentali u fiżiċi tat-tfal.

Għaldaqstant, FAA titlob lill-Gvern biex jalloka fondi għax-xiri ta’ apparat apposta f’żoni li fihom hemm tniġġiż qawwi. FAA tisħaq li l-Manoel Island, li hija mimlija bis-siġar, hi waħda miż-żoni li jeħtieġ li tibda konservata.