Lokali Qorti

Serqa sfrattata: ħamest irġiel jammettu l-akkużi – il-każ diferit

Ftit tal-ħin ilu il-Maġistrat Joanna Vella Cuschieri, iddeferixxiet il-każ tal-ħamest irġiel akkużati bl-attentat ta’ serqa mill-istabbiliment Bubbles Bathrooms għas-17 ta’ Ottubru. Dak inhar se tagħti s-sentenza invista lill-ħames akkużati ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom.

Il-ħames akkużati: Robert Agius ta’ 42 sena minn San Ġwann, Ronnie Mac Cay ta’ 33 mill-Ħamrun, Daniel Vella ta’ 25 min-Nadur, it-tlieta membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, Kurt Butuguieg ta’ 32 mill-Ħamrun u Juanito Himenes ta’ 21 sena minn tal-Pieta’.

Prosekuzzjoni – Spetturi Aurthur Mercieca u Bernard Spiteri, difiża- l-Avukat Carmelo Galea, Franco Debono, Angie Muscat u Arthur Azzopardi.

Il-każ huwa dwar serqa li kienet se ssir fl-istabbiliment ‘Bubbles Bathroom’ f’Għawdex, liema serqa ġie sfrattata minn sid l-istabbiliment stess meta dan kellu jirritorna lura fil-ħanut wara li kien għalaq.

Agħfas hawn għall-istorja oriġinali dwar l-arrest ta’ uħud minn dawn l-irġiel.

Agħfas hawn għall-intervista li saret ma’ sid l-istabbiliment li sfratta s-serqa.