Futbol Sport

Hodgson isejjaħ lil Clyne u Shelvey

EURO 2016: Id-difensur ta’ Southampton Nathaniel Clyne issejjaħ għall-ewwel darba fl-iskwadra Ingliża għall-partiti ta’ kwalifikazzjoni mill-Euro 2016 kontra San Marino u l-Estonja.

Id-difensur ta’ Arsenal Kieran Gibbs u l-midfielder ta’ Swansea Jonjo Shelvey it-tnejn reġgħu ssejħu fl-iskwadra.
Imma f’din l-iskwadra Hodgson għandu biss tliet attakkanti b’Daniel Sturridge ta’ Liverpool nieqes minħabba strain f’koxxtu.

L-Ingliżi se jilagħbu kontra San Marino f’Wembley fid-9 ta’ Ottubru qabel imorru l-Estonja fit-12 ta’ Ottubru.
“Hu sempliċiment fatt li sfortunatament ma laħaqx irkupra,” qal Hodgson dwar in-nuqqas ta’ Sturridge. “Hi daqqa ta’ ħarta kbira għalina, għal-Liverpool u għall-plejer għaliex kien ħerqan li jkun parti mill-iskwadra għal dawn iż-żewġ partiti.”

L-iskwadra kollha hi din:

Gowlkipers: Fraser Forster (Southampton), Ben Foster (West Bromwich Albion), Joe Hart (Manchester City)
Difensuri: Leighton Baines (Everton), Gary Cahill (Chelsea), Nathaniel Clyne (Southampton), Kieran Gibbs (Arsenal), Phil Jagielka (Everton), John Stones (Everton)

Midfielders: Fabian Delph (Aston Villa), Jordan Henderson (Liverpool), Adam Lallana (Liverpool), James Milner (Manchester City), Alex Oxlade-Chamberlain (Arsenal), Jonjo Shelvey (Swansea City), Raheem Sterling (Liverpool), Andros Townsend (Tottenham Hotspur), Jack Wilshere (Arsenal)
Attakkanti: Rickie Lambert (Liverpool), Wayne Rooney (Manchester United), Daniel Welbeck (Arsenal)