Minkejja l-wegħdi li għamel il-Gvern sa ftit ġimgħat ilu, ix-xogħol fuq il-bini tal-Parlament il-ġdid baqa’ ma tlestiex fiż-żmien stipulat. Barra minhekk, il-Gvern baqa’ ma tax spjegazzjoni għal dan id-dewmien, kif kien wieħed il-Ministru Joe Mizzi.
Il-Ministru responsabbli minn dan il-proġett kien wiegħed li se jagħti spjegazzjoni lill-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra dwar dejn waslu x-xogħlijiet fil-binja l-ġdida tal-Palament. B’hekk tkun tista’ tittieħed deċiżjoni dwar id-data li l-Parlament ikun jista’ jiġi trasferit għall-binja l-ġdida fid-daħla tal-Belt.
Meta lbieraħ filgħaxija ltaqa’ l-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra, l-Oppożizzjoni nsistiet li, kif wiegħed il-Ministru Mizzi fl-istqarrija biex iħabbar li x-xogħlijiet ma tlestewx u li l-Gvern kien qed jimponi multi fuq il-kuntratturi, għandha tingħata spjegazzjoni dwar fejn waslu x-xogħlijiet u meta se jkun lest il-bini l-ġdid.
Il-Ministru Joe Mizzi, jew rappreżentant tiegħu, mistenni jagħti r-raġunijiet għaliex ma nżammitx id-data tal-ftuħ tal-Parlament fis-seduta li jmiss tal-Kumitat. Dan se jiltaqa’ fit-13 ta’ Ottubru li ġej, propju fil-jum meta l-Parlament jerġa’ jiftaħ wara l-vaganzi tas-Sajf.
//= $special ?>