Il-mexxej tal-mafja ‘Cosa Nostra’, Sebastiano Brunno li ġie arrestat illum f’Malta, kien ilu tlett xhur jiġi ssorveljat.
L-Aġent Kumissarju tal-Pulizija Ray Zammit qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret ġewwa d-Depot tal-Pulizija fil-Furjana.
Brunno nqabad f’Buġibba f’post pubbliku u kien ilu mill-2009 nieqes u jiġi mfittex. Issa qed isiru t-tħejjijiet biex Brunno jiġi estradit lejn l-Italja fejn se jiffaċċja proċeduri kriminali.
Agħfas hawn għal rapport li deher aktar kmieni fuq MaltaRightNow.com dwar dan l-arrest.
Filmat: PBS
//= $special ?>
