SLIEMA WANDERERS………….1
ŻEBBUĠ RANGERS………………0
Sliema Wanderers: G. Zammit, L. Martinelli, J. Mintoff, M. Scerri, M. Mifsud, A. Pisanu, C. Gatt Baldacchino, F. Mangiacasale, G. K. Gnabouyou, P. Barbetti, S. Bianciardi
Sost: F. Talato flok G. K. Gnabouyou 28 min., I. Meli flok L. Martinelli 84 min., P Xuereb flok A. Pisanu 89 min.
Żebbuġ Rangers: J. Farrugia, M. Gauci, C. Gauci, J. Diaz Serrano, J. Borg, M. Mucchiardi, C. G. Monti, M. Bartolo, Y. Camilleri, M. O. Rodrigues Britto, B. Mamic
Sost: J. O. Nwoba flok B. Mamic 67 min., R. Mandic flok M. Bartolo 76 min., M. Ciantar flok M. Gauci 81 min.
Imwissija: A. Pisanu 29 min, M. Mifsud 34 min., P. Barbetti min., F. Mangiacasale 82 min., G. Zammit 89 min. (S) M. Bartolo 51 min., C. G. Monti 58 min., C. Gauci 66 min. (Ż)
Skurja: M. Scerri 18 min. (S)
Referee: Marco Borg
In-Nazzjon Plejer tal-Logħba: Mark Scerri (S)
Sliema Wanderers jidher li ħallew warajhom il-bidu diżastruż fil-Kampjonat Premier hekk kif wara Pietaà Hotspurs, il-Ħamis għelbu lit-tim l-ieħor promoss ta’ Żebbuġ Rangers 1-0.
L-ewwel azzjoni perikoluża tal-logħba waslet minn Sliema fl-għaxar minuta. In-Niġerjan Guy għadda lejn Michael Mifsud li daħal fil-kaxxa, dar mad-difensur Jacob Borg imma ra x-xutt tiegħu mdawwar f’korner.
Mal-kwarta logħob irrispondew Żebbuġ. Matthew Bartolo qassam lejn Britto li fil-kaxxa żamm il-ballun imma ra l-ballun tiegħu jistampa mal-mimduda bil-gowlkiper Zammit megħlub.
Imma fit-18-il minuta kienu Sliema li fetħu l-iskor permezz ta’ Mark SCERRI. Kien Guy li qassam lejn Barbetti, għadda lejn in-nofs fejn it-Taljan Mangiacasale kompla lejn Scerri li żmarkat tefa’ ġewwa.
Minn hawn iż-żewġ timijiet issieltu f’nofs il-grawnd u kienu biss Sliema li ħolqu xi ftit tal-periklu. Fit-43 minuta Talato tefa’ għoli minn pożizzjoni tajba waqt li sekondi biss wara Michael Mifsud dar tajjeb imma x-xutt tiegħu ma kienx perikoluż.
Lura fil-grawnd għat-tieni taqsima imma l-ebda emozzjoni miż-żewġ naħat bi ftit li xejn attakki u ħafna żbalji f’nofs il-grawnd. Fis-60 minuta Żebbuġ kellhom opportunità minn freekick dirett minn barra l-kaxxa imma l-ballun imdawwar ta’ Muchardi kien faċli għall-gowlkiper Zammit.
Fl-64 minuta għal darb’oħra Żebbuġ bl-aħħar azzjoni denja ta’ nota f’partita fqira. Britto dar tajjeb ma’ difensur Slimiż imma x-xutt tajjeb bid-dawra kien wisq ċentrali u spiċċa f’id Zammit.
Minkejja din ir-rebħa Sliema Wanderers għadhom ferm bogħod milli jkunu konvinċenti speċjalment fl-attakk fejn għal ħinijiet twal kienu ineżistenti u żgur li jridu joffru xi ħaġa ferm aħjar fil-logħba li jmisshom kontra Mosta.
//= $special ?>

