Id-dimostranti f’Hong Kong taw ultimatum biex sal-lejla jwarrab il-Kap Eżekuttiv tat-territorju tagħhom CY Leung. Huma qed isostnu li jekk dan ma jseħħx, ikollhom jeskalaw il-protesti. Filmati mxandra fl-aħħar sigħat urew 200 dimostrant quddiem l-Uffiċċju tal-Kap Eżekuttiv ta’ Hong Kong.
Matul id-dimostrazzjonijiet tagħhom, iż-żgħażagħ qed jheddu li jekk Leung ma jwarrabx, ikollhom jidħlu b’mod paċifiku jokkupaw binjiet pubbliċi.
//= $special ?>