L-awtoritajiet fl-Arabja Sawdija qed jipprovaw jillimitaw il-biża’ dwar il-virus tal-ebola fi żmien meta żewġ miljun musulmani bdew il-pellegrinaġġ reliġjuż annwali tal-Hajj.
Il-Hajj jinvolvi ritwal ta’ ħamest ijiem li għandu sinjifikat kbir għall-Iżlamiċi.
Madanakollu, din is-sena hemm it-tħassib li d-devoti Musulmani li qed imorru fl-Arabja Sawdita minn kull rokna tad-dinja, jistgħu iferrxu numru ta’ mard li jittieħed fosthom l-ebola u l-MERS.
Hu mifgħum li l-Awtoritajiet Sawdi m’humiex jippermettu id-devoti li ġejjin minn Sierra Leone, il-Guinea u l-Liberja, li huma l-aktar pajjiżi affetwati bl-ebola.
B’din id-deċiżjoni, tal-anqas 7,400 Musulmani spiċċaw esklużi mill-Hajj ta’ din is-sena. Għalkemm hu kkalkulat li mal-1.4 miljuni tad-devoti fl-Arabja Sawdija huma barranin.
//= $special ?>

