WATERPOLO: Il-kowċ Russu taċ-Champions renjanti tal-Waterpolo Neptunes, Sergey Markoch mhux se jibqa’ jmexxi lit-tim minn San Ġiljan l-istaġun li ġej.
Markoch, eks plejer tat-tim nazzjonali tal-Unjoni Sovjetika u rebbieħ ta’ diversi midlaji fl-Olimpjadi, kif ukoll fil-Kampjonati tad-Dinja u Ewropej, mexxa lit-tim ta’ Neptunes lejn rekord ta’ ħames kampjonati konsekuttivi bejn l-2010 u l-2014. Dan ,-istaġun it-tim rebaħ ukoll kull unur li joffri l-waterpolo lokali, inkluż in-knock-out.
Huwa kien ukoll mexxa lit-tim lejn suċċess ieħor fl-aħħar parti tal-istaġun 1993.
Ir-raġun li Markoch se jħalli pajjiżna kienet għaliex kellu offerta mill-Kazhakstan biex imexxi lit-tim nazzjonali għall-partiti ta’ kwalifikazzjoni għall-Olimpjadi tal-2016.
L-aħbar tal-kwalifikazzjoni tal-Kazhakstan kienet konfermata lejn tmiem dan is-sajf imma minkejja li kemm il-darba stqarr li jieħu gost f’Malta u fejn għandu familja oħra, u minkejja s-suċċessi li kiseb ma’ Neptunes, Markoch sa fl-aħħar informa lill-kumitat ta’ Neptunes li kien se jaċċetta din l-isfida l-ġdida.
Din hi telfa kbira għal Neptues u l-partitarji tagħhom mhux biss mil-lat tekniku imma għaliex Markoch flimkien ma’ martu Alena u wliedu Peter, Shtefan u Thikon kienu saru parti integrali mill-familja ta’ Neptunes.
//= $special ?>

