QORMI………….4
MOSTA………….0
Qormi: M. Farrugia, B. Bondin, A. M. Quatrochi Santos, J. Chetcuti, D. Pisani, J. Bondin, M. M. Latini Mazzetti, Z. Levnaic, E. Vella, A. Effiong, F. Temile
Sost: S. Agius flok E. Vella 73 min., P. Viggiani flok A. Effiong 77 min., C. Farrugia flok J. Chetcuti 80 min.
Mosta: M. Bernal, T. Farrugia, M. Micallef, R. Ekani, A. Borg, D. Falzon, R. Grech, N. Milovanovic, K. Magro, D. Bueno, P. Calcado
Sost: K. Zammit flok D. Falzon 42 min., F. Paim flok N. Milovanovic 54 min.
Imwissija: E. Vella 32 min., F. Temile 64 min. (Q)
Skurja: E. Vella 48 min., F. Temile 55 min., 63 min., A. Effiong 61min. (Q)
Referee: Fyodor Zammit
In-Nazzjon Plejer tal-Logħba: Alfred Effiong (Q)
Wara tliet logħbiet mingħajr ma jiskurjaw gowl, Qormi għamlu ħerba minn Mosta b’erba’ gowls bla risposta fit-tieni taqsima.
Mosta bdew il-logħba fuq l-attakk u fis-sitt minuta Daniel Mariano Bueno ħarab b’ġirja mal-linja, tefa’ kross lura lejn Kurt Magro li kkontrolla l-ballun u xxuttja minn tarf il-kaxxa. L-ebda periklu għal Qormi bil-ballun salvat minn Matthew Farrugia.
Mal-kwarta Alfred Effiong seta’ ħasad lil Mosta meta b’ġirja tajba laħaq lil Adrian Borg fid-difiża imma l-ballun tiegħu għadda jħakkek mal-lasta.
Fis-27 Qormi ħlew okkażjoni oħra. Temile ġera’ lejn il-lasta ta’ Mosta imma ra x-xutt tiegħu mblukkat mill-Messikan Bernal. Il-ballun spiċċa għand Joseph Chetcuti li rema’ barra.
Żewġ minuti wara għal darb’oħra Qormi. Quatrocchi ta pass penetranti lejn Alfred Effiong li ġera lejn il-lasti difiżi minn Bernal li għal darb’oħra seta’ biss itajjar il-ballun lejn Frank Temile li tefa’ barra.
Fil-35 minuta Mosta ppruvaw reazzjoni meta l-kross ta’ Tyrone Farrugia wasal għand Adrian Borg li ra d-daqqa ta’ ras tiegħu tgħaddi ftit barra.
Fit-tieni taqsima Qormi baqgħu dominanti u ħasdu għal kollox lil Mosta. Fit-48 minuta Joseph Chetcuti qassam lil EMERSON VELLA li avvanza fil-kaxxa, sfrutta l-ftuħ fid-difiża Mostija u xeħet ġewwa b’xutt mill-viċin.
Fil-55 minuta Qormi żiedu l-iskor meta FRANK TEMILE kien żmarkat fil-kaxxa u mingħajr diffikultà fajjar xutt b’saħħtu fis-saqaf tax-xibka.
Ħames minuti wara u għal darb’oħra Qormi skurjaw ieħor. Kien ALFRED EFFIONG li ppressa d-difiża Mostija, seraq ballun lil Kurt Magro, avvanza lejn il-lasta Mostija u xeħet ġewwa.
U fit-63 minuta kien imiss għal darb’oħra lil FRANK TEMILE li mal-linja seraq ballun lil Mosta, ġera lejn il-kaxxa u għeleb lill-Messikan Bernal b’xutt mal-art.
B’hekk rebħa meritata għal Qormi li qamu għall-okkażjoni. Fi tmiem il-partita mumenti ta’ tensjoni u rabja mill-partitarji Mostin lejn il-plejers tagħhom. L-uffiċjali tal-Pulizija żammew lill-partitarji fl-istands sakemm ħarġu l-plejers mill-grawnd fost biżgħa li jiġu aggrediti.
//= $special ?>

