L-ITALJA: Il-forzi tas-sigurtà Taljani wettqu sensiela ta’ rejds li fihom issekwestraw madwar 20 miljun loomband, dawk il-brazzuletti tal-lastiku li huma moda bħalissa, prodotti fiċ-Ċina, u li nstab li fihom il-‘phthalates’, prodotti li jikkawżaw il-kanċer.
Irriżulta wkoll li dawn kienu qed jinbiegħu fl-Ewropa illegalment. Kien hemm azzjoni simili f’pajjiżi oħra Ewropej.Uffiċjali qalu li suppost ikun hemm 0.1 fil-mija ta’ ‘phthalates’ fihom imma dawk li kienu ssekwestrati nstab li kien fihom aktar minn 45.50 fil-mija ta’ din il-kimika li tikkawża l-kanċer.
Tliet persuni Ċiniżi kienu arresti fil-ħidma f’Milan u ngħataw multi għall-ammont ta’ 40 miljun ewro.
Każ simili għal dak ta’ Milan seħħ fir-Renju Unit ukoll.


