IR-RENJU UNIT: Avukati għall-Prinċep William u martu Kate talbu lil żewġ fotografi partikulari biex ma jkomplux idejqu lil binhom, il-Prinċep Geogre, u lin-nanny li tieħu ħsiebu.
Il-koppja iżda għamlitha ċara li għalissa ma kinitx se tieħu passi legali kontrihom.
Il-koppja qalet li l-aġir ta’ dawn iż-żewġ individwi kien qabeż il-limitu.
Wieħed jista’ jgħid li l-Prinċep George forsi hu l-aktar tarbija popolari fid-dinja bħalissa u ritratt mhux uffiċjali tiegħu jista’ jġib il-prezz ta’ eluf kbar ta’ ewro. Filwaqt li l-media Ingliża ma tantx hi ħerqana li tippubblika ritratti simili, il-media f’pajjiżi oħra ma tantx jimpurtaha minn dan, bħalma kien il-każ tar-ritratti ta’ Kate topless li kienu ppubblikati f’rivista Franċiża.
//= $special ?>

