L-ISTATI UNITI: Wara sensiela ta’ inċidenti, fosthom li raġel armat u b’passat kriminali rikeb fl-istess lift mal-President Barack Obama, Julia Pierson irriżenjat minn Kap tas-Servizzi Sigrieti, it-taqsima inkarigata mis-sigurt tal-President Amerikan.
Obama, b’reazzjoni għar-riżenja ta’ Pierson, esprima l-apprezzament għat-30 sena servizz li tat.
Ftit qabel il-każ tal-lift, kien hemm żewġ każi ta’ nies li qabżu r-reċint tal-White Hopuse, fosthom wieħed li kien armat b’sikkina u ieħor li saħansitra rnexxielu jidħol fil-White House wara li sab bieb miftuħ. Il-każ tal-lift seħħ waqt li Obama kien f’Atlanta.
//= $special ?>

