Minn Genevieve Galea
F’siegħa u nofs, fi pjazza ewlenija fil-Kanada, sitt persuni applikaw biex ikollhom aċċess għal wifi b’xejn mingħajr ma qraw it-termini u l-kundizzjonijiet, li fost l-oħrajn kienu jgħidu li biex wieħed ikollu aċċess għal din l-offerta kellu jagħti l-ewwel wild tiegħu.
Dan kien esperiment li sar minn aġenzija tas-sigurta’ ewlenija fil-pajjiż. Madankollu l-ebda tifel jew tifla ma ttieħdu lill-ġenituri tagħhom.
L-iskop wara dan l-esperiment kien li juri biċ-ċar kemm in-nies jiddependu fuq l-internet kif ukoll biex iġibu lill-poplu konxju tar-riskji li jkunu qed jieħdu meta ikunu qed japplikaw għal xi ħaġa mingħajr ma jagħtu kas tat-termini u kundizzjonijiet.
//= $special ?>