IL-VATIKAN: Grupp ta’ Nsara konservattivi prominenti kiteb lill-Papa Franġisku u appella biex isaħħaħ iż-żwieġ tradizzjonali hekk kif il-Knisja Kattolika qed tħejji biex taġġorna l-attitudnijiet tagħha fuq kwistjoni antipatka li tqajjem konflitt ma’ ħafna mis-segwaċi tagħha.
F’ittra miftuħa qabel is-sinodu tal-isqfijiet Insara dwar il-familja, il-grupp ta’ 48 intellettwali u predikaturi appella lill-Papa biex jiddefendi t-tagħlim Nisrani dwar iż-żwieġ.
L-ittra ma taqbadx b’mod espliċitu dwar ix-xejra dinjija biex ikun legalizzat iż-żwieġ ta’ koppji tal-istess sess jew il-kontroversja li għadha għaddejja fi ħdan il-Knisja dwar jekk persuni divorzjati u oħrajn li żżewġu lil ħaddieħor għandhomx jitqarbnu.
Iżda l-grupp jindirizza l-kritika li l-Knisja kienet irċeviet fl-aħħar snin dwar l-ideat tagħha fuq dawn il-kwistjonijiet.
L-ittra tħeġġeġ lill-Papa Franġisku biex juża s-sinodu ta’ bejn il-5 u d-19 ta’ Ottubru bħala opportunità biex “jesprimi l-veritajiet dwar iż-żwieġ” u juri kif dawn “jirrappreżentaw imħabba vera, mhux esklużjoni jew preġudizzju jew xi kwistjoni oħra li qed tattakka ż-żwieġ Nisrani llum.”
Fid-dawl ta’ rata ta’ 40 fil-mija tad-divorzju fl-Istati Uniti, il-grupp qed jiġbed l-attenzjoni lejn ix-xejra dejjem tikber lejn il-koabitazzjoni u t-theddida tal-pornografija fost il-koppji.
//= $special ?>