Internazzjonali Lokali Qorti

Filmat: Talba għall-estradizzjoni ta’ Sebastiano Brunno

Saret talba għall-estradizzjoni ta’ Sebastiano Brunno, mexxej ta’ Cosa Nostra li għandu 56 sena u li ġie arrestat ilbieraħ waranofsinhar f’Buġibba (filmat). Hu tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Giovanni Griscti.

It-Taljan qed jiġi mfittex mill-awtoritajiet Ġudizzjarji fl-Italja biex iservi piena ta’ għomor il-ħabs, wara li f’Marzu 2009 instab ħati b’sentenza ta’ Qorti f’Katanja dwar omiċidju, tentattiv ta’ omiċidju u pussess ta’ armi fis-snin disgħin.

Sebastiano Brunno, li kien ilu tliet xhur jiġi ssorveljat mill-Pulizija, ġie mixli wkoll li ffalsifika Passaport. Hu lanqas biss għamel talba għal-libertà proviżorja u għalhekk intbagħat il-Ħabs.

Għalih deher l-Avukat tal-Għajnuna Legali Anthony Cutajar, filwaqt li hu tressaq mill-Ispettur Mario Cuschieri. Il-każ ikompli.