Internazzjonali

Hong Kong: Id-dimostranti jaċċettaw li jiddiskutu mal-mexxej tar-reġjun

Fis-sigħat li għaddew, kien hemm żviluppi importanti, hekk kif id-dimostranti aċċettaw talba biex jibdew taħdidiet mal-mexxej tar-reġjun CY Leung.

Leung warrab kull possibbiltà li jirriżenja mit-tmexxija. Madankollu, iż-żgħażagħ li qed jipprotestaw urew rieda tajba u qed jgħidu li lesti jmorru għat-taħdidiet.