Qorti

Il-Kamra tal-Avukati tikkundanna attakki fil-konfront tal-Ġudikatura

Il-Kamra tal-Avukati kkundannat bil-qawwa dak li seħħ fil-Qorti, fejn Pasqualino Cefai ilbieraħ ġie mixli li ħebb għall-Maġistrat Miriam Hayman fl-Awla tal-Qorti waqt il-qadi ta’ dmirijietha.

Fi stqarrija, il-Kamra tal-Avukati esprimiet it-tħassib tagħha dwar il-livell ta’ sigurtà li hemm fil-bini tal-Qorti, filwaqt li appellat lill-awtoritajiet konċernati biex wara li jkunu saru l-investigazzjonijiet opportuni, jittieħdu dawk il-miżuri kollha neċessarji biex il-Ġudikanti, l-Avukati u l-pubbliku inġenerali jkunu salvagwardjati.